28.3.23

FGURA – INĊIDENTI TAT-TRAFFIKU

5693. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm inċidenti tat-traffiku fil-Fgura fis-snin 2021 u 2022? Jista’ jgħid ukoll kemm persuni ġew feruti u/jew  mietu kawża ta’ dawn l-inċidenti? Jista’ jgħid ukoll kemm pedestrians ġew milqutin waqt li qed jaqsmu t-triq?

 

26/01/2023

 

ONOR. BYRON CAMILLERI:  Ninsab infurmat illi mis-sistema tal-Pulizija jirriżulta illi l-ammont ta’ inċidenti tat-traffiku li l-pulizija proċedew fuqhom fil-Fgura fis-snin 2021 u 2022, kien tlieta u tletin (33) u wieħed u erbgħin (41) rispettivament. L-ammont ta’ persuni li ġew feruti f’dawn l-inċidenti li jammonta għall-sebgħa u għoxrin (27) fis-sena 2021 u li minnhom erbgħa (4) kienu pedestrians. Fis-sena 2022 kien hemm ħamsa u tletin (35) persuna li ġew feruti, li minnhom sitta (6) kienu pedestrians.  Ma kienx hemm imwiet kawża ta’ dawn l-incidenti. Dwar il-pedestrians li ġew milquta f’dawn l-inċidenti, l-ammonti indikati mhux neċessarjament kienu dawk ta’ persuni li kienu qed jaqsmu t-triq biss. Ma' dawn il-figuri kien hemm ukoll mitejn u wieħed u għoxrin (221) inċident ieħor li seħħew fl-istess lokalita fis-sena 2021 u mitejn u disgħa u erbgħin (249) li seħħew fis-sena 2022, liema inċidenti ġew trattati minn uffiċjali tal-LESA.

 

Seduta  83

31/01/2023

No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...