28.3.23

RAĦAL ĠDID – TRIQ VALLETTA – XOGĦOL TA’ ASFALTAR

5965. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid jekk Triq Valletta, f’Raħal Ġdid, hux se tiġi asfaltata mill-ġdid billi sejra lura?

 

02/02/2023

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta' Raħal Ġdid illi l-Kunsill riċentament talab lill-entità kkonċernata sabiex titranġa l-iktar parti li għandha bżonn attenzjoni tat-triq imsemmija u dan minħabba li x-xogħol inkwistjoni ma jaqax fil-kompitu tal-Kunsill Lokali rispettiv.

 

Għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi d-domanda tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.

 

Seduta  87

08/02/2023

No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...