28.3.23

WIED IL-GĦAJN – TRIQ SANT’ ANNA – XOGĦOL TA’ ASFALTAR

5959. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid jekk Triq Sant’ Anna, f’Wied il-Għajn, hux se tiġi asfaltata mill-ġdid billi sejra lura?

 

02/02/2023

 

ONOR. OWEN BONNICI: Ninsab infurmat mill-Kunsill lokali ta' Marsaskala li l-Kunsill ghal diversi drabi ghamel asfaltar mil-ġdid u anke patching bil-hot asphalt f'din it-triq. Il-Kunsill jinforma illi l-problema b'din it-triq hija li hekk kif isir ix-xogħol, fi ftit snin, jerga’ jkun hemm ħsara fis-servizzi tal-‘house connection services’ tal-ilma.

 

Infurmat ukoll mill-Kunsill Lokali rispettiv li fl-imsemmija triq, l-asfalt huwa tajjeb imma huma id-diversi it-trinek tal-‘house connection services’ li joħolqu diversi problemi fl-imsemmija triq. F’dan ir-rigward il-Kunsill Lokali kontinwament ikollu komunikazzjoni mal-entita kkoncernata.

 

Intant infurmat li l-aħħar patching li sar bil-hot asphalt mill-Kunsill kien madwar sentejn ilu.

 

Seduta  86

07/02/2023

No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...