28.3.23

SANTA LUĊIJA – TRIQ IL-ĠNIEN – XOGĦLIJIET FUQ BLOKK TA’ APPARTAMENTI

5688. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli: Jista’ l-Ministru jgħid x’passi qed jittieħdu u x’xogħlijiet huma previsti li jsiru tul din is-sena fi Blokk I, Triq il-Ġnien, Santa Luċija?

 

26/01/2023

 

ONOR. RODERICK GALDES:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li fi Blokk 1 fi Triq il-Ġnien, Santa Luċija, l-Awtorità tad-Djar għandha ppjanant li jsiru tiswijiet f’numru ta’ gallarijiet li ġew irrappurtati mill-inkwilini minħabba ħsarat strutturali, tiswijiet fl-opramorta tal-Blokk kif ukoll ser jinbidlu l-aperturi fil-komun tal-Blokk.

 

Seduta  83

31/01/2023

No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...