28.3.23

COMMUNITY WORK SCHEME – ĦLAS TA’ ARRETRATI LILL-ĦADDIEMA

5703. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema li kienu qed jaħdmu taħt il-Community Work Scheme fis-snin 2020, 2021, 2022 li tħallsu l-arretrati li kellhom jingħataw fl-ammont ta’ €200 fix-xahar?

 

26/01/2023

 

ONOR. CLYDE CARUANA:  Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-€200 fix-xahar imsemmija fil-mistoqsija jirreferu għal żieda fil-pagi tal-parteċipanti tal-Community Work Scheme b’effett minn Jannar tal-2018.

Dawn tħallsu lill-parteċipanti fil-ħin u għaldaqstant ma kien hemm ebda każ ta’ arrettrati.

 

Seduta  85

06/02/2023

No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...