29.3.23

ĦAL GĦAXAQ – GĦASSA TAL-PULIZIJA - MANUTENZJONI

6363. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza: Jista’ l-Ministru jara li l-Għassa tal-Pulizija f’Ħal Għaxaq tinfetaħ iktar spiss u jindika x’xogħol ta’ manutenzjoni sar is-sena li għaddiet u x’beħsiebu jsir din is-sena?

 

09/02/2023

 

ONOR. BYRON CAMILLERI:  Ninsab infurmat li ġewwa l-lokalità ta’ Ħal Għaxaq ser jibda s-servizz ta’ pulizija tal-komunità fiż-żmien li ġej. Ninsab infurmat ukoll illi l-għassa f’Ħal Għaxaq tinfetaħ meta jkun hemm in-neċessità, u l-lokalità hija koperta mir-ronda regulari tal-uffiċjali tat-taqsima tal-RIU, kif ukoll dawk tad-distrett.

 

Seduta  91

22/02/2023

No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...