3.12.15

IL-FGURA – KOTBA MOGĦTIJA LIL-LIBRERIJA PUBBLIKA.






21279. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda u kemm ġew mogħtija b’donazzjoni lil-librerija pubblika fil-Fgura matul din is-sena sal-aħħar ta’ Novembru 2015?

25/11/2015

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninsab infurmat li għal-librerija pubblika fil-Fgura matul din is-sena sa Novembru 2015 inxtraw 144 ktieb filwaqt li 812-il ktieb ieħor ingħataw b’donazzjoni.

Seduta  336
02/12/2015

No comments: