21.12.15

IL-FGURA – TRIQ A.M. VALPERGA – XOGĦLIJIET FUQ PROĠETT




21298. L-ONOR. DAVID AGIUS  staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslu l-pjanijiet biex ikompli x-xogħol tal-proġett fi Triq A.M Valperga Fgura kif ġie mwiegħed mis-Sindku tal-Fgura u dan anke b’kitba f’fuljett li ntbagħat fid-djar, fejn fost l-oħrajn kien jinkludi grawd tal-football u proġetti oħra bħal parking area u restawr tas-swar? Jikkonferma li dan ix-xogħol se jwassal biex ma jkomplix jinġabar ħafna ilma f’din it-triq?

25/11/2015

  ONOR. OWEN BONNICI:  Ninforma lill-Onor. Interpellant illi waqt il-laqgħa tal-Kunsill  Lokali tal-Fgura datata 22 ta’ Settembru 2015, il-Kunsill Lokali tal-Fgura qabel dwar pjan ħolistiku għaż-żona in kwestjoni biswit is-swar wara diskussjonijiet mal-Kunsill Lokali ta’ Bormla u l-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żabbar. Ninsab infurmat illi fiż-żmien li ġej ser tkun qed issir l-applikazjoni mal-MEPA f’dan ir-rigward.

Il-fuljett riferut mill-Interpellant, la kien jagħmel referenza għal proġett ta’ parking area, u wisq anqas għar-restawr tas-swar.

Il-Kunsill Lokali tal-Fgura żied jgħid li Triq A.M. Valperga hija waħda wieqfa, u għaldaqstant ma jinġabar l-ebda ilma f’din t-triq.

Seduta  334
30/11/2015

No comments:

FEJN SEJRIN?

1. L-eventi li ħakmuna mis-7 ta’ Ottubru 2023 sal-lum ma jridux iħalluna. Jum wara jum, is-sitwazzjoni tidher li iktar qed tikkumplika...