1.5.22

ĦAŻ-ŻABBAR – TRIQ IL-PELLEGRINAĠĠ TAR-ROTI – ĠRIEDEN FI DJAR TAR-RESIDENTI - PASSI

 


22142. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jinforma x’passi ttieħdu sabiex jiġu protetti r-residenti ta’ Triq il-Pellegrinaġġ tar-Roti Ħaż-Żabbar mid-diversi ġrieden li qed jidħlu f’djarhom minn għalqa li fiha terzi qed jixħtu materjal varju?

 

07/09/2021

 

  ONOR. CHRIS FEARNE:  Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali rċieva żewġ ilmenti rigward it-Triq indikata.  L-ewwel ilment daħal f’Mejju tal-2020 dwar akkumulu ta’ materjal mormi ġo għalqa privata f’din l-imsemmija Triq u infestazzjoni ta’ ġrieden.  F’Ġunju ta’ din is-sena daħal ukoll ilment ieħor dwar l-akkumulu biss. Dawn iż-żewġ ilmenti ġew investigati minn uffiċjali għas-Saħħa Ambjentali. 

Mill-investigazzjonijiet jrriżulta li l-akkumulu li hemm fl-għalqa jikkonsisti fi skart inorganiku bħal bramel vojta tal-plastik u mbarazz ieħor mormi.  Minkejja diversi tentattivi sabiex jiġi stabbilit is-sid ta’ din l-għalqa sa’ llum għadna ma nafux lil minn tappartjeni.  Saru trattamenti għall-kontra l-ġrieden fl-akkwati ta’ din l-għalqa minn ufficjali tat-Taqsima tal-Pest Control Unit fi ħdan id-Direttorat.  Dawn it-trattamenti saru kemm is-sena li għaddiet kif ukoll din is-sena.

L-uffiċċjali għas-Saħħa Ambjentali ser ikomplu b’investigazzjoni tagħhom sabiex jiġi stabbilit is-sid tal-għalqa sabiex jitneħħa l-akkumulu.

Seduta  492

05/10/2021

No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...