18.1.13

Mhux Preparati.




1.Partit fl-opposizzjoni ghandu dmir lejn il-poplu. Ghandu dak li jipprepara ruhu sabiex jekk l-poplu jiddeciedi li jghabbih bir-responsabbilita tal-Gvern jkun preparat ghaliha. Hemm min jiehu dan id-dmir b’attenzjoni u jidhol fid-dettal hemm min jittama li jkun jistgha jdoqq u jizfen skond l-udit. Il-pajjiz taghna ma ghadux dak ta snin ilu. Sviluppa u min jmexxi jrid jkun mghagun, bl-esperjenza u jifhem li ser jkollu l-hajjiet tal-bnedmin f’idejh. Jgharaf il-komplikazzjonijiet u fl-istess waqt ghandu tarf ta soluzzjonijiet li mhux jzidu fl-intoppi imma jnehhuhom. Mexxej jistgha jghid hafna u jwettaq ftit. Fl-opposizzjoni ghandu dejjem vantagg ghax jistgha jghid hafna fuq il-pajjiz pero ma ghandux fejn jwettaq hlief fil-partit tieghu stess.

2.Issa dan il-partit fl-opposizzjoni ftit snin ilu smajna il-kap tieghu jghid li ser jkun hemm terrimoti kbar. Hafna setghu fehmu jew hadu l-impressjoni li kien ser jkun hemm tibdiliet kbar. Jinbidlu l-bnedmin, jinbidlu s-sistemi interni, Jigi trasformat il-partit u jinqata darba ghal dejjem mill-passat ikrah tieghu. Illum il-gurnata wara li issa ghaddew hames shah il-pajjizna, l-poplu taghna ghandu quddiemu r-rizultat. Dan il-progett ta bidla, ta riforma ta harsa differenti effettivament saret jew baqa kollox l-istess. Ma hemmx dubbju  li fid-dehera l-affarijiet facilment jinbidlu. Dak li huwa ikrah jsir sabih, dak li ma ccaqlaqx jidher li ccaqlaq. Imma nghid jien li l-importanti u dan huwa li qed jfittex u jistaqsi l-elettorat normali, moderat, progressiv li jrid il-gid ta pajjizu u ta familtu saret bidla interna ?.

3. Niddejjaq nitkellem fuq dan imma huwa verament necessarju ghal min ghandu rasu fuq ghonqu pero huwa necessarju li wiehed jaffronta l-ahhar zewg appuntamenti politici tal-partit laburista. L-ahhar zewg punti li hadu f’idejhom l-attenzjoni nazzjonali ta dawk li issa bdew bicca bicca jsegwu sabiex jaraw fejn u kif sejrin jezercitaw d-dritt taghhom li jivvutaw. L-kwistjoni Anglu Farrugia l-ewwel u t-tieni l-proposta ghat-tnaqqis tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma kienu l-passi principali li fuqhom fethu n-nahha taghhom. Fuq it-tnejn nghid li l-messagg mar kompletament il-kontra ta dak li atwalment riedu. Irnexxilhom jwasslu lin-nies li ma humiex preparati u anzi li l-affarijiet iktar ma dehru li qed jinbidlu iktar effettivament baqu l-istess.

4. It-tnehhija tal-Vici Kap tal-partit laburista saret bl-iktar mod zbaljat. Socjeta demokratika tiddejjaq b’dawn l-metodi. Tiddejjaq tara li persuna, bniedem tinqatalu rasu habta u sabta fuq pretesti infondati. L-effett ta dak l-esercizzju kien li diversi fehmu li ma kienx d-diskors li kien qal ghax kien hemm min ghogbu u wera dan fil-pubbliku imma l-esigenzi politici. Xi hadd dehrlu li ‘jaqbillhom’ li jnehhuh issa li sejrin ghall-elezzjoni generali ghax sejjer jtelfilhom mil-voti. L-ghar f’dan kien proprju li persuna li gie elett demokratikament gewwa l-partit jigi mnehhi b’daqqa ta mannara politika. Qamu diversi domandi f’mohh l-poplu. Diversi staqsew x’gara hemm gew bejniethom pero l-iktar li dejqet kien l-mod arroganti, prepotenti u li tfakkrek fil-passat ta kif sar dan kollu.

5.L-partit laburista f’din il-mossa waheda fl-opinjoni ta hafna irnexxilu juri li lest li jiehu decizjonijiet kontra s-sewwa u minghajr rispett lejn d-dinjita li kull persuna jixirqilha. Id-domanda li giet l-ewwel kienet jekk bniedem daqshekk vicin tal-partit, daqshekk ta gewwa inqatatlu rasu f’daqqa x’qieghed preparat ghall-ohrajn, t-tieni jekk dawn li diga fl-opposizzjoni ghax qed jhossu l-poter vicin qed jaghmlu dan x’ser jghamlu wara lill-poplu meta jkunu fil-Gvern. Minn dak li rajt, qrajt u tkellimt hemm opinjoni cara li kollox baqa l-istess fil-partit laburista. L-ordni tal-gurnata baqghet dik li kienet u l-ispirtu intern baqa ma inbidel assolutament xejn. L-partit bhal passat baqa u t-terrimoti ma sarux, l-partit mhux talli ma ghamilx progress lejn il-moderazzjoni izda baqa wiehed estremist.

6.Din hija r-rejalta li rridu nikkonfrontaw. Ghax r-rizultat illum jidher car li ghaddew hames snin u ma nbidlux u anqas ppruvaw jippreparaw rwiehom tajjeb. L-proprosta tal-kontijiet tad-dawl u ilma kompliet affermat dan iktar. Dawk li kienu ilhom jittamaw u jaghtu l-beneficcju tad-dubbju illum tilfuh. Anzi diversi fehmu li hemm min fil-partit laburista min jahseb li  l-pajjiz huwa mimli daqhekk injoranti li ma l-ewwel dikjarazzjoni ser jaccettaw kollox u joqghodu bil-kwiet minghajr ma jistaqsu. Nahseb li kien esercizzju li jindika l-falliment ta partit li huwa effettivament maqtugh mir-rejalta. Partit li baqa bil-kap tieghu jiddeciedi minghajr ma jikkonsulta ruhu mal-ohrajn, u forsi tnehha l-vici kap ta qabel ghax kien  jzomm dan d-disastru milli jitwettaq. Hu x’inhuwa hareg mill-iktar car li l-partit laburista baqa ma huwiex preparat u jghaggel jwettaq hmerijiet li bihom ahna lkoll nistghu ghada pit ghada nhalsu l-konsegwenzi taghhom. Jghidu haga u huma ohra.   

No comments:

IX-XGĦAJRA – TRIQ ID-DAWRET IX-XATT - XOGĦLIJIET

16625. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid f’liem...