20.1.13

Kampanja differenti




1.         Din il-kampanja elettorali għandha t-tajjeb u l-ħażin tagħha.  Għandha, fuq naħa t-tul, u fuq in-naħa l-oħra l-qosor.  Hija waħda li, żgur mhux forsi, tibqa’ mmarkata b’eventi u ċirkostanzi barra mis-soltu.  Fir-realtà, tant il-pajjiż ilu jħossu fi klima li hija assoċjata mal-vot li għal ħafna hemm sens ta’ ripetizzjoni żejda.  Hemm min qiegħed iħossu li diġà għarbel u diġà ddeċieda.  Biss, dawn il-jiem qed jgħadduh effettivament mill-ġdid minn dak il-proċess.

2.         Il-kampanja hija itwal verament, però kien hemm bżonn li ssir hekk.  Il-bżonn li jkun hemm distakk nett bejn il-klima politika diffiċli li għaddejna minnha lkoll u issa.  Il-poplu rridu li nkunu ċerti li ħadd ma jaħkmu, imma li jkollu l-opportunità vera li jifhem naħa u oħra.  Il-Partit Nazzjonalista għadda minn waħda mill-iktar leġislaturi diffiċli u kumplikati.  Ħadd m’għadda minn dawn l-esperjenzi u, ngħiduha, ma kienx hemm xi manwal preparat ta’ kif wieħed jaġixxi.  Biss, irridu naċċettaw li hemm min jassoċjana ma’ dak li attwalment ġarrabna.

3.         Trid, jekk il-ġudizzju għandu jsir korrett, tagħmel distinzjoni bejn il-bnedmin infushom fuq naħa u fuq l-oħra s-sitwazzjonijiet straordinarji li kellhom jaffrontaw.  Il-valur tal-bniedem għandu jiġi valutat fih innifsu, fl-abbiltà li jaffronta u li jieħu deċiżjonijiet tajba.  Jista’ jkollok grazzja jew antipatija għall-Prim Ministru però dan m’għandux iżommok milli tqisu oġġettivament, ‘il bogħod mill-passjoni.

4.         Jekk wieħed irid ikun ġust m’għandix dubju li jagħraf li dan il-bniedem kellu min javversah u kellu sitwazzjonijiet straordinarji, però xorta żamm lill-pajjiż u lill-poplu għaddej.  U hawn nista’ nixhed direttament fuq dak li għaddejna minnu fil-gwerra ċivili Libjana.  Id-deċiżjonijiet li rnexxielu jieħu kollha jwasslu għal eżitu tajjeb għalina u għal dak Libjan.  Deċiżjoni żbaljata kienet iġġib konsegwenzi diżastrużi.  Il-poplu, f’dawn il-jiem, jista’ almenu japprezza, jifhem u ma jiġrix fil-ġudizzju tiegħu.  Jgħarbel sewwa dak li għaddejna minnu u, fl-istess waqt, iħares lejn dak li ġej.  Jikkunsidra sew min ser ikun kapaċi jiġġestixxi u jamministra fil-futur.

5.         Il-pożizzjoni ekonomika, l-iżviluppi soċjali mhux ser ikunu faċli imma deċiżament imqallba.  Dan il-pajjiż, dan il-poplu kiber u wieħed irid abbiltajiet tajba u esperjenza biex iżommu għaddej javvanza u ma jitlifx minn dak li għandu.  Għandek kemm għandek intelliġenza, xorta waħda meta tiġi għall-ħidma trid tkun ġejt imbaskat.  In-nuqqas ta’ għarfien hawn, żgur mhux forsi, jaf irid ibatih il-poplu tagħna.

6.         Dak li l-poplu għandu quddiemu fil-jiem li ġejjin, żgur mhux forsi, huwa determinanti.  Hemm bżonn li d-deċiżjoni tittieħed mhux malajr, imma b’attenzjoni.  F’din il-kampanja differenti nawgura li dan iseħħ għax hemm bżonn li ma nissugrawx immorru lura, iżda nimxu ‘l quddiem.

1 comment:

CS said...

Tassew illi d-decizjoni hija wahda difficli ghaliex ix-xena hija wahda ambigwa. Meta wiehed jarbel sew dak li gara (li hu mgharraf dwaru) matul din il-legizlatura isib ruhu affacjat minn bosta mistoqsijiet, illi ftit li xejn jinstaghbu twegibiet ghalihom. Ikun aktar facli ghal dik il-persuna li ghandha kriterja personali fuqiex tibbaza l-ghazla taghha, milli ghal dawk li jixtiequ jaghmlu ghazla ghal gid komuni! Jonqos x'nisimghu, imma x'ser nemmnu? Nanticipa li jistá jkun il-kaz li f'din l-elezzjoni jkun hemm l-akbar ammont ta' votanti li jastjenu...

IX-XGĦAJRA – TRIQ ID-DAWRET IX-XATT - XOGĦLIJIET

16625. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid f’liem...