6.2.24

EŻAMI TAL-WARRANT TAL-AVUKATI - FIT AND PROPER TEST

15280. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni: Jista’ l-Ministru jgħid fejn tinsab maħżuna d-data mogħtija mill-avukati li poġġew għal Fit and Proper Test bħala parti mill-eżami tal-warrant tagħhom bħala avukati?

 

17/01/2024

 

ONOR. JONATHAN ATTARD:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Fit & Proper Test mitlub bħala parti mill-eżami tal-warrant tal-avukati huwa parti mir-responsabiltajiet tal-Kumitat għall-Avukati u Prokuraturi Legali li jaqa fi ħdan il-Kummissjoni għall-Amminstrazzjoni tal-Ġustizzja. Tali Kummissjoni ma taqax taħt il-mansjoni tal-Ministeru u lanqas tal-Gvern. Għaldaqstant minix f’pożizzjoni li nirrispondi din il-mistoqsija.

 

Seduta  200

29/01/2024

No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...