15.2.24

WIED IL-GĦAJN - SIĠAR TAŻ-ŻEBBUĠ

15627. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid jekk kemm-il darba tingħatax kura u attenzjoni neċessarja lis-siġar taż-żebbuġ senjatament iż-żbir tal-istess, li jinsabu f’żoni pubbliċi f’Wied il-Għajn u jekk jistax jiġi indikat kemm hemm effettivament siġar taż-żebbuġ?

 

25/01/2024

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala li s-siġar taż-żebbuġ jingħataw kura permezz ta’ tisqija u żbir.

Rigward l-ammont ta’ siġar taż-żebbuġ, infurmat mill-Kunsill li mhux possibbli li jiġi indikat l-ammont ta’ siġar taż-żebbuġ minħabba li hemm numru konsiderevoli ta’ siġar ta’ dan it-tip.

 

Seduta  206

14/02/2024

No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...