13.2.24

TEATRU MANOEL – STRUMENTI MUŻIKALI

15473. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx strumenti mużikali fit-Teatru Manoel li qegħdin jiġu restawrati jew li għandhom bżonn li jiġu msewwija?

 

23/01/2024

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat illi t-Teatru Manoel jagħmel xogħol ta’ restawr fuq il-pjanijiet u l-istrumenti antiki minn żmien għal żmien skond il-bżonn. Infurmat ukoll li t-Teatru ghandu l-intenzjoni illi tlieta mill-pjanijietprincipali li jintużaw għall-kunċerti isirilhom xogħol ta’ manutenzjoni matul is-sena li ġejja.

 

Seduta  204

06/02/2024

No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...