28.3.17

MARSAXLOKK - SKOLA PRIMARJA – TFAL LI JEĦTIEĠU L-GĦAJNUNA TAL-LSAS




32090. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm tfal li jattendu l-Iskola Primarja f’Marsaxlokk fis-sena akkademika preżenti li jeħtieġu l-għajnuna ta’ LSA kif approvati mid-Dipartiment?  Jista’ jgħid kemm hemm LSAs? Jista’ jara li t-tfal kollha jiġu pprovduti b’LSA?



17/03/2017



  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninsab infurmat li fl-iskola primarja tal-Marsaxlokk hemm ħmistax-il (15) student li għandhom bżonn is-sapport ta’ Learning Support Assistant (LSA). Biex jagħtu s-sapport meħtieġ lil dawn l-istudenti fl-iskola hemm għaxar (10) LSAs. Infurmat li l-istudenti li għandhom bżonn l-għajnuna kollha għandhom is-sapport ta’ LSA.



Seduta  499

27/03/2017

No comments:

FEJN SEJRIN?

1. L-eventi li ħakmuna mis-7 ta’ Ottubru 2023 sal-lum ma jridux iħalluna. Jum wara jum, is-sitwazzjoni tidher li iktar qed tikkumplika...