30.3.17

THIRD COUNTRY NATIONALS LI JAĦDMU F’MALTA


 
32196. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm persuni indikati bħala Third Country Nationals li huma reġistrati biex jaħdmu f’dawn il-gżejjer  fl-2016 u jista’ jindika dan skont in-nazzjonalità tagħhom u kemm minnhom huma self-employed u x’inhuwa s-sess tagħhom?

21/03/2017

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li, skont l-informazzjoni li għandha l-Jobsplus, in-numru ta’ persuni reġistrati bħala Third Country Nationals u li kienu qed jaħdmu f’Malta u f’Għawdex fl-aħħar ta’ Settembru 2016, skont in-nazzjonalità u sess tagħhom, huwa kif muri fit-tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Mit-total ta’ 9,042 persuna reġistrati bħala Third Country Nationals li kienu qed jaħdmu f’Malta u Għawdex fl-aħħar ta’ Settembru 2016, kien hemm 387 persuna li kienu jaħdmu bħala self-employed. Minn dawn kien hemm 290 raġel u 97 mara.

Seduta  500
28/03/2017

No comments:

FEJN SEJRIN?

1. L-eventi li ħakmuna mis-7 ta’ Ottubru 2023 sal-lum ma jridux iħalluna. Jum wara jum, is-sitwazzjoni tidher li iktar qed tikkumplika...