23.3.17

GUDJA - SKOLA PRIMARJA – TFAL LI JEĦTIEĠU L-GĦAJNUNA TAL-LSA


 
32084. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm tfal li jattendu l-Iskola Primarja tal-Gudja fis-sena akkademika preżenti u li jeħtieġu l-għajnuna tal-LSA kif approvat mid-dipartiment?  Jista’ jgħid ukoll kemm hemm LSAs? Jista’ jara li t-tfal kollha jiġu pprovduti b’LSA?

17/03/2017

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninsab infurmat li fl-iskola primarja tal-Gudja hemm tmien (8) studenti li għandhom bżonn is-sapport ta’ Learning Support Assistant (LSA). Biex jagħtu s-sapport meħtieġ lil dawn l-istudenti fl-iskola hemm tmien (8) LSAs. Infurmat li l-istudenti li għandhom bżonn l-għajnuna kollha għandhom is-sapport ta’ LSA.

Seduta  498
22/03/2017

No comments:

ITTRI MID-DEŻERT

1. Mhux faċli tifhem dejjem l-għażliet ta’ bnedmin oħra. Trid ħafna ħin, speċjalment ma’ dawk li jagħmlu għażliet differenti. Tieqaf t...