14.3.17

PENSJONI TAĦT L-€500




31666. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30174 u jgħid kemm persuni kienu qed jirċievu xi forma ta’ pensjoni taħt is-somma ta' €500 fix-xahar sal-aħħar tas-sena 2016 u jistax jindika dan kategorija b’kategorija, kif ukoll maqsuma skont is-sess?

01/03/2017

 

  ONOR. MICHAEL FARRUGIA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba minnu hija skont kif tidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Tajjeb li nippreċiża li l-ammonti mogħtija jindikaw persuni indvidwali li jistgħu jinkludu koppji li għandhom żewġ pensjonijiet bejniethom u li flimkien jaqbżu l-ammont imsemmi.

Seduta  493
13/03/2017

No comments:

FEJN SEJRIN?

1. L-eventi li ħakmuna mis-7 ta’ Ottubru 2023 sal-lum ma jridux iħalluna. Jum wara jum, is-sitwazzjoni tidher li iktar qed tikkumplika...