10.3.17

MARSAXLOKK - BERĠA TAS-SAĦĦA - SERVIZZ


 
31661. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għas-Saħħa: Jista’ l-Ministru jgħid x’servizzi qegħdin jiġu pprovduti fil-Berġa tas-Saħħa ġewwa Marsaxlokk? Jista’ jgħid kemm persuni użaw dawn is-servizzi tul is-sena li għaddiet u xi spejjeż ta’ manutenzjoni saru fl-istess żmien?

01/03/2017
  ONOR. CHRIS FEARNE:  Ninforma l-Onorevoli Interpellant li fil-Berġa ta’ Marsaxlokk jingħata servizz ta’ tabib tal-familja u t’ infermiera. Dawn is-servizzi jinkludu teħid ta’ pressjoni, kitba ta’ riċetti għal-mediċini, kura ta’ mard mhux ikkomplikat, analiżi tal-urina u analiżi taz-zokkor. Kien hemm 1,748 persuna li attendiet għal xi servizz fil-berġa ta’ Marsaxlokk fl-2016.

Seduta  492
08/03/2017

No comments:

KUNSILL LOKALI RAĦAL ĠDID - ILMENTI U SUĠĠERIMENTI

18033. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm i...