23.3.17

FGURA – SKOLA PRIMARJA – TFAL LI JEĦTIEĠU GĦAJNUNA TA’ LSA.


 
32078. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm tfal li jattendu l-Iskola Primarja tal-Fgura fis-sena akkademika preżenti u li jeħtieġu l-għajnuna ta’ LSA kif approvat mid-dipartiment?  Jista’ jgħid ukoll kemm hemm LSAs? Jista’ jara li t-tfal kollha jiġu pprovduti b’LSA?

17/03/2017

ONOR. EVARIST BARTOLO: Ninsab infurmat li sal-lum, fl-iskejjel primarji tal-Fgura kien hemm:

Skola Primarja ‘A’ - sittin (60) student li għandhom bżonn is-sapport ta’ Learning Support Assistant (LSA). Biex jissapportjaw lil dawn l-istudenti fl-iskola hemm tmienja u tletin (38) LSA. 

Skola Primarja ‘B’ - tlieta u tletin (33) student li għandhom bżonn is-sapport ta’ Learning Support Assistant.  Biex jissapportjaw lil dawn l-istudenti fl-iskola hemm dsatax (19)-il LSA.

Infurmat li l-istudenti li għandhom bżonn l-għajnuna kollha għandhom is-sapport meħtieġ ta’ Learning Support Assistant.

Seduta 497
21/03/2017

No comments: