16.3.17

WIED IL-GĦAJN – ŻONA MSEJJAĦ IL-MAGĦLUQ - PASSI





 
31861. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima: B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 27280 jista’ l-Ministru jinforma x’passi ulterjuri ttieħdu tul is-sena li għaddiet għar-rigward il-Magħluq f’Wied Il-Għajn?

09/03/2017

  ONOR. JOSÈ HERRERA:  Ninforma lill-Onor Interpellant, li fil-Magħluq ta’ Marsaskala komplew l-inizjattivi tal-kontroll tal-firien, kif ukoll miżuri biex tinżamm l-indafa tal-post bħala parti mill-ħarsien u mmaniġġjar aħjar tas-sit. Dan ix-xogħol qed isir minn diversi entitajiet, dan il-Ministeru, kif ukoll Ministeri oħra.

Inizjattiva ġdida, imnieda ma’ entità mhux governattiva, hija dik immirata għar-rinfurzar tal-popolazzjoni tal-bużaqq (Aphanius fasciatus) li jinstabu fil-post b’mod naturali. Dawn il-miżuri msemmija jagħmlu parti mill-Pjan tat-Tmexxija għas-sit.

Seduta  495
15/03/2017

No comments:

KUNSILL LOKALI RAĦAL ĠDID - ILMENTI U SUĠĠERIMENTI

18033. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm i...