14.3.17

ATT DWAR IL-ĠUSTIZZJA RIPARATRIĊI – INFORMAZZJONI MGĦODDIJA



 


31670. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista’ l-Ministru jgħid jekk kemm-il darba hux qed ikun hemm l-informazzjoni mgħoddija ai termini tas-subartikolu (c) tal-artikolu 7 tal-Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi Kap. 516 tal-Liġijiet ta' Malta? Jekk iva, jista’ jindika kemm-il-darba?

01/03/2017

  ONOR. CARMELO ABELA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li minn Marzu 2013 s’issa, l-iskrivan tal-Parole kellu 596 laqgħa, però mhux kull priġunier kien interessat sabiex japplika għall-Parole.

Il-maġġoranza tal-priġunieri, l-applikazzjoni ttieħdet erba’ xhur qabel id-data ta’ l-eliġibilità tal-Parole, ħlief f’dawk il-każijiet fejn ikun hemm ċerti ċirkostanzi li jipprevenu li dan jsir, bħal f’każijiet fejn ikun hemm arrest preventiv qabel tingħata s-sentenza, jew ċirkostanzi oħra li minħabba f’hekk tkun impossibbli li l-applikazzjoni tittieħed erba’ xhur qabel id-data ta’ l-eligibilità.

Seduta  493
13/03/2017

No comments:

KUNSILL LOKALI RAĦAL ĠDID - ILMENTI U SUĠĠERIMENTI

18033. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm i...