16.3.17

BORMLA – WINDMILL STR – XOGĦOL FIL-MITĦNA L-ANTIKA


 
31859. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 31047 jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra jekk kemm-il darba huwiex previst li tul din is-sena jsiru t-tiswijiet neċessarji mid-Dipartiment tal-Kultura fil-mitħna l-antika li tinsab f’Windmill Str, Bormla billi għandha bżonn dan urġenti?

09/03/2017

  ONOR. OWEN BONNICI:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tal-Kultura ma jagħmilx xogħol ta tiswijiet u manutenzjoni ta’ bini jew siti storiċi. 

Seduta  495
15/03/2017

No comments:

FEJN SEJRIN?

1. L-eventi li ħakmuna mis-7 ta’ Ottubru 2023 sal-lum ma jridux iħalluna. Jum wara jum, is-sitwazzjoni tidher li iktar qed tikkumplika...