14.3.17

SIT ARKEJOLOĠIKU TAS-SILĠ - ILQUGĦ


 
31650. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ġew meħuda tul is-sena li għaddiet dwar is-sit arkeoloġiku magħruf bħala Tas-Silġ ġewwa Marsaxlokk? Jista’ jara li l-ilqugħ li kien sar temporanjament, jiġi rimedjat?

01/03/2017

  ONOR. OWEN BONNICI:  Nassumi li l-Onor. Interpellant qed jirreferi għax-xibka ħadra li kienet qed tgħatti parti mill-fdalijiet.  Ninsab infurmat li din tneħħiet minħabba li bċejjeċ minnha kienu qed jidħlu fis-saffi arkeoloġiċi.  Dan kien qed jikkawża ħsara meta jitneħħa.  Barra minn hekk, l-istess xibka kienet qed tkun ta’ lqugħ għal ħaxix selvaġġ, li kien qed jikkawża iktar ħsara. Għal dawn ir-raġunijiet ix-xibka tneħħiet.

Seduta  493
13/03/2017

No comments:

ITTRI MID-DEŻERT

1. Mhux faċli tifhem dejjem l-għażliet ta’ bnedmin oħra. Trid ħafna ħin, speċjalment ma’ dawk li jagħmlu għażliet differenti. Tieqaf t...