21.3.17

ĦAL TARXIEN - TEMPJI NEOLITIĊI - ŻJARAT




31878. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm żaru t-Tempji Neolitiċi li jinsabu f'Ħal Tarxien tul is-sena li għaddiet 2016? Jista' jgħid kemm ittieħdu student mill-iskejjel primarji? Jista' jgħid x'xogħol u spejjeż saru fuq l-istess post?



10/03/2017



  ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat li matul l-2016 kien hemm 65,512 viżitatur li żaru t-Tempji ta’ Ħal Tarxien bi ħlas. Kien hemm ukoll madwar 600 tifel u tifla mill-iskejjel primarji li żaru dawn it-tempji. Matul l-istess sena tkomplew ix-xogħlijiet ta’ tisbiħ fis-sit kif ukoll manutenzjoni tax-xogħlijiet li saru bħala parti mill-proġett tal-ERDF. Dan ix-xogħol kien jammonta għal spiża ta’ madwar €72,000.



Seduta  496

20/03/2017

No comments:

FEJN SEJRIN?

1. L-eventi li ħakmuna mis-7 ta’ Ottubru 2023 sal-lum ma jridux iħalluna. Jum wara jum, is-sitwazzjoni tidher li iktar qed tikkumplika...