13.11.18

Mhux facili


1.Tul din il-gimgha sewwa ghamel l-Kap tal-Opposizzjoni Dr.Adrian Delia li qajjem  ghad-diskussjoni l-effetti tal-hrug tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropeja fuq pajjizna. Ma ahniex il-bghid xejn. Ftit xhur ohra nkunu nafu ftit iktar. Ftit iktar ghax il-posizzjoni ma hiex cara. Ma huwiex car bil-preciz sejjer jsir u kif. Diga nafu kemm l-Gvern ingliz mmexxi minn Teresa May ghadda u ghadu ghaddej minn bahar imqalleb. Ma kull gimgha naraw xenarju differenti. Daqqa l-affarijiet sejrin tajjeb u daqqa jidhru sejrin kompletament hazin. Hemm posizzjonijiet li jitolbu minna lkoll attenzjoni ghax jigri x’jigri ser naraw tibdiliet f’dawn l-gzejjer.

Responsabbilita Ikbar.

2.Bhala opposizzjoni ngharfu li hija responsabbilita politika ikbar . Proprju ghax nafu li qedhin nmissu ma diversi rabtiet li b’dan il-pass ser jinqatu f’certu setturi u fuq n-nahha l-ohra ser jkun difficili biex jinbdew f’ohrajn esistenti jew godda. Hemm dawk li jistghu jidhru partikolari bhal fatt li ghandna madwar tmenin elf persuna maltija u ghawdxija li qedhin fir-Renju Unit. Ghandek tletin elf cittadin taghna jghix hemm u madwar hamsin elf ohra li huma ulied tan-nazzjonalita taghna. Ghandna ukoll numru sew ta’ studenti jistudjaw u akkademici li nikkalkulaw li jaqbzu flimkien s-sitt elef li huma marbuta f’universitajiet b’presenza soda f’dawk skoccizi. Ghandna madwar nofs miljun turist mir-Renju li jigu f’pajjizna kull sena , u b’madwar mitt elf maltin li jmorru hemm ghar-ragunijiet varji.

L-Aspett Kummercjali.

3.Fuq in-nahha l-ohra ghandek il-posizzjoni iktar u iktar qawwija tar-rabtiet kummercjali taghna maghhom. Huwa kkalkolat li tnax fil-mija tal-kummerc barrani taghna jsir ma dan l-poplu , li jfisser skambju ta’ vicin s-sitt miljun ewro. B’numru sew ta’ kumpaniji kummercjali f’pajjizna li ghandhom ishma jew interess kummercjali f’kumpaniji li qedhin fir-Renju Unit. Kif ukoll b’numru ikbar ta’ kumpaniji zghar u medji li jiddependu fuq dik ir-rabta sabiex jimpurtaw l-materjal prim li jahdmu bih. Bidliet dawn kollha ser jaraw. Ghax dak li qabel kien facili u mhux burokratiku issa ser jsir komplikat. Il-fruntieri ser jigu ntrodotti lura ghax r-Renju Unit ser jsir legalment pajjiz terz.

L-Aspett Legali.

4.Ghandek f’dan kollu fuq wara li jsostni l-qafas shih tal-affarijiet l-ligijiet. Issa pajjizna diga kellu numru sew ta’ regoli li kienu partikolari ghalih proprju ghax konna ex-kolonja ingliza. Diversi ligijiet li kienu saru meta kienu f’pajjizna ghadhom fis-sistema taghna. Ghandna ohrajn li saru u thaddmu bejn z-zewg nahhat qabel ahna sirna parti mill-Unjoni Ewropeja. Hemm diversi ohra li gibna fis-sehh biex jkunu l-istess jew vicin hafna dawk tar-Renju Unit f’dak li huma aspetti finanzjarji. Certament t-tnejn ghandna bhalissa qafas ta ligijiet “ewropej” li bnejna flimkien tul z-zmien li ahna t-tnejn membri attivi fl-Unjoni Ewropeja. Dawn issa ser jiccaqilqu b’xi mod sija jekk jsir ftehim bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropeja dwar l-hrug ta’ dan il-pajjiz kif ukoll jekk le.

Kumitat Parlamentari.

5.Dawn ix-xenarji u cirkostanzi ngharfu li huma ta’ piz kbir. Ngharfu li ebda partit politiku ma jistgha jiehu d-decizjonijiet wahdu fuq dak li ser jigri. Proprju minhabba f’hekk li xhur sew ilu l-kollega David Stellini u jien konna tlabna lill-kumitat parlamentari maghruf bhala Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej biex niddiskutu dan is-sugett. Hemm vantaggi varji fuq dan. Ministri, segretarji parlamentari u ufficjali varji jistghu jigu jirrapurtaw fejn waslu d-diskussjonijiet. B’dak li jinghad jqum dibattitu ta’ aktar gharfien fuq l-implikazzjonijiet u konsegwenzi. Iktar minn hekk persuni li qedhin d-dar li jinzertaw jaraw l-istazzjoni tal-parlament taghna jifhmu u jigu mgharfa aktar. Forsi xi gurnali jistghu jirrapportaw ukoll. Dan ghall-opposizzjoni huwa process necessarju u bzonnjuz, demokratiku, trasparenti u informattiv.

Dibattitu fil-Kumitat.

6. Tul il-gimgha nhar it-tlieta li ghaddew l-kumitat li semmejt ltaqgha u ghalih gew zewg ministri Helena Dalli u Carmelo Abela kif ukoll l-persuna nkarigata minn dan l-process Olvin Micallef. L-informazzjoni li nghatat kienet siewja ma hemmx dubbju. Qam dibattitu fuq numru ta’ punti u l-opposizzjoni ghal darb’ohra uriet li tifhem il-konsegwenzi u tifhem li hemm bzonn ghaqda fuq dak li qieghed jsehh. Ma hemmx xejn zbaljat li wiehed jiddiskuti mhux biss fuq punti generali ta’ informazzjoni imma iktar u iktar fuq s-setturi varji. Bhala opposizzjoni ser nkunu qed nkomplu nippartecipaw attivament u ninsistu li s-setturi kollha jingiebu fil-kumitat. Hemm rapporti li saru jew qed jsiru. Hemm l-aspetti li semmejt hawn fuq imma hemm diversi ohra marbuta per ezempju mas-sahha jew mal-pensjonijiet jew mal-beneficcji varji. Hemm ukoll ohrajn li jistgha jkun ukoll li ma ahniex nindunaw bihom.

Preparazzjoni Kbira.

7.F’dan hemm bzonn preparazzjoni kbira. Anki jekk nifhmu li ftit xhur qabel l-elezzjoni tal-parlament ewropew ser nkunu nafu kif ser jsir l-hrug tar-Renju Unit xorta ghandna hafna x’nippreparaw ghalih. Jekk jkun hemm ftehim parti mill-komplikazzjonijiet jistghu jonqsu. Mhux necessarjament. Ghax dak li jolqot lilna partikolarment jaf ma jmissx lil ohrajn. Kemm n-negozjatur ewlieni tal-Unjoni Ewropeja Michel Barnier jsir konxju ta’ dan jiddependi minna lkoll. Ghalkemm minn dak li gie rappurtat fil-kumitat jidher li huwa disponibbli irridu nkunu certi li l-punti nazzjonali taghna jigu indirizzati. Mhux facili imma huwa process li fih anki l-Kamra tad-Deputati tistgha tippartecipa.

Minghajr ftehim.

8. Fuq in-nahha l-ohra l-kumplikazzjonijiet jikbru ferm jekk r-Renju Unit johrog f’Marzu li gej minghajr ftehim. Ghax meta hemm ftehim nifhmu li numru sew ta’ punti ser jigu regolati fuq livell tal-Unjoni li jolqot lil kulhadd. Biss meta r-Renju Unit johrog minghajr ftehim dan jfisser li rridu nidhlu f’trattativi diretti maghhom dwar kif ser jkunu l-posizzjonijiet legali taghna maghhom. Issa jekk fil-bidu dan x-xenarju ma konniex qed narawh illum c-cirkostanzi nbidlu. F’din l-eventwalita pajjizna jrid jkollu diga minn issa linja cara u bnedmin preparati jibdew jinnegozjaw mill-ewwel. L-ghar f’dan kollu hija l-incertezza u l-incertezzi li sitwazzjoni tali taghti.

N-Naqsu l-Effett Negattiv.

9.Forsi jqum l-argument li diversi diga hasbu ghal rashom. Li ccaqilqu jew giebu lilhom nfushom ma jiddependux mir-Renju Unit. Biss hemm u ser jibqa jkun hemm hafna ohrajn li ma jistghux jaghmlu mod iehor. Li l-hajja taghhom tiddependi fuq din ir-rabta. Dawn hemm bzonn li nidentifikawhom iktar u nresquhom l-quddiem fil-prijoritajiet nazzjonali taghna minn issa. Ghax r-rejalta u c-cirkostanzi shah ta’ dak li gej ghalina irridu nkunu konxji taghhom biex niehdu d-decizjonijiet politici t-tajba. Bhala opposizzjoni ngharfu li dan kollu ma huwiex facili. Proprju ghalhekk li fl-interess nazzjonali nemmnu li bl-uzu tar-raguni nistghu nnaqsu kemm nistghu l-impatt negattiv ghalina ta’ din id-decizjoni politika.       

No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...