2.5.18

ĦAL SAFLIENI – L-IPOĠEW - ŻJARAT






5391. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3742 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni żaru l-Ipoġew ta’ Ħal Saflieni tul is-sena 2017? Jista’ jgħid kemm ittieħdu studenti tal-primarja biex iżuruh, kif ukoll xi spejjeż saru fil-post u xi dħul kien hemm mill-istess?



23/04/2018



  ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat li n-numru ta’ vizitaturi fl-Ipoġew ta’ Ħal Saflieni tul is-sena 2017 kien ta’ 22,461. Skejjel primarji ma jżurux dan is-sit.



 Id-dħul finanzjarju minn dan is-sit kien ta’ €520,360. Spejjeż ġenerali fuq l-istess post ammontaw għal €378,924. L-Ipoġew reġa’ fetaħ għall-pubbliku fil-15 ta’ Mejju 2017 wara l-inawgurazzjoni uffiċjali tal-proġett ko-finanzjat mill-Fondi Norvegizi ta’ madwar €1,000,000.



Seduta  107

02/05/2018

No comments:

ITTRI MID-DEŻERT

1. Mhux faċli tifhem dejjem l-għażliet ta’ bnedmin oħra. Trid ħafna ħin, speċjalment ma’ dawk li jagħmlu għażliet differenti. Tieqaf t...