10.5.18

ŻJARA ĠEWWA L-AWSTRALJA - NEFQA


 
5422. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: B’referenza għar-rapport li deher fis-sitt paġna tal-ħarġa tal-gazzetta The Malta Independent on Sunday tal-22 ta’April 2018, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra min ħallas għall-vjaġġ, akkomodazzjoni u l-spejjeż relattivi ġewwa l-Awstralja kif ukoll minn min kienet komposta d-delegazzjoni u min ħallas għall-istess vjaġġ, akkomodazzjoni u l-ispejjeż relattivi għall-istess delegazzjoni? Jista’ jinforma kemm kienet l-ispiża komplessiva?

24/04/2018

  ONOR. CARMELO ABELA:  Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ninsab informat li f’dan l-istadju għad fadal kontijiet relatati ma’ din iż-żjara li mhumiex magħluqin, u għalhekk għadu mhux possibbli li tingħata l-ispiża komplessiva. It-tagħrif sħiħ jingħata f’seduta oħra.

Seduta  109
08/05/2018

No comments:

KUNSILL LOKALI RAĦAL ĠDID - ILMENTI U SUĠĠERIMENTI

18033. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm i...