2.5.18

UFFIĊĊJU TAS-SIGURTÀ SOĊJALI TAL-FGURA - ĦADDIEMA




5394. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentri 3738 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni jaħdmu fl-Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali ġewwa l-Fgura u jista’ jindika kemm persuni użaw is-servizz tal-post tul is-sena 2017?



23/04/2018



ONOR. MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi minn Ottubru 2017, qed ikun hemm il-preżenza ta’ Maniġer, darbtejn fil-ġimgħa u matul il-ġranet l-oħra qed ikun hemm ukoll il-kordinatur tar-reġjun, kif ukoll illi matul il-ġimgħa, ta’ kuljum, ikun hemm żewġ skrivani.


Ninsab infurmat illi matul is-sena 2017, kien hemm 14,820 persuna li għamlu użu mis-servizzi offruti mill-uffiċċju tal-Fgura tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali. Ta’ min jgħid illi dan l-uffiċċju kien jiftaħ filgħodu biss, imma minn Ottubru 2017 beda’ jkun miftuħ ukoll wara nofs in-nhar minħabba li n-numru ta’ nies li jitolbu s-servizz beda’ jiżdied.



Seduta 107

02/05/2018


No comments:

KUNSILL LOKALI RAĦAL ĠDID - ILMENTI U SUĠĠERIMENTI

18033. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm i...