2.5.18

PJAZZA TA’ RAĦAL ĠDID - XOGĦLIJIET




5395. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3543 u ċjoè: B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 2655 u 2656 dwar ix-xogħlijiet li qed isiru fil-pjazza ta’ Raħal Ġdid, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-informazzjoni mitluba ġietx miġbura u jekk iva tistax tingħata?



23/04/2018



  ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat li sall-lum intefqet is-somma ta’ €1,992,083 ink. VAT fuq xogħolijiet li qed isiru fil-Pjazza Antoine de Paule, Raħal Ġdid. Ninsab infurmat ukoll li filwaqt li x-xogħol huwa mixi, il-kuntratt mal-kuntrattur fuq dan il-proġett jintemm f’Ottubru ta’ din is-sena bil-possibilita’ li jiġi estiż skont iċ-ċirkustanzi. Madanakollu, nassigura lill-Onor. Interpellant li qed isir mill-aħjar biex dawn ix-xogħlijiet jiġu fi tmiemhom qabel din id-data. Rigward kumpens lid-diversi operaturi, infurmat li s’issa tali kumpens ma ġiex konsiderat.



Seduta  107

02/05/2018

No comments:

IX-XGĦAJRA – TRIQ ID-DAWRET IX-XATT - XOGĦLIJIET

16625. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid f’liem...