2.5.18

ĦAL TARXIEN – TEMPJI NEOLITIĊI - ŻJARAT




5392. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3740 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni żaru t-Tempji Neolitiċi ta’ Ħal Tarxien tul is-sena 2017? Jista’ jgħid ukoll kemm ittieħdu studenti tal-primarja biex iżuruh? Jista’ l-Ministru jgħid ukoll xi spejjeż saru fil-post u xi dħul kien hemm mill-istess?



23/04/2018



  ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat li n-numru ta’ viżitaturi fit-Tempji Neolitici ta’ Ħal Tarxien tul is-sena 2017 kien ta’ 67,638 li minnhom 488 kienu studenti ta’skejjel primarji.



Id-dħul finanzjarju ammonta għal €326,446.38. Spejjeż ġenerali fuq l-istess sit ammontaw għal €185,897.



Seduta  107

02/05/2018

No comments:

ITTRI MID-DEŻERT

1. Mhux faċli tifhem dejjem l-għażliet ta’ bnedmin oħra. Trid ħafna ħin, speċjalment ma’ dawk li jagħmlu għażliet differenti. Tieqaf t...