2.5.18

ARBITRU TAS-SIGURTÀ SOĊJALI – KAŻIJIET PENDENTI




5390. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3747 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet pendenti quddiem l-Arbitru tas-Sigurtà Soċjali fl-aħħar tas-sena 2017? Jista’ jgħid kemm każijiet ġew deċiżi tul l-istess żmien?



23/04/2018



ONOR. MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-aħħar tas-sena 2017 kien hemm 1067 każ pendenti, filwaqt illi matul is-sena 2017 ġew deċiżi 278 każ.



Seduta 107

02/05/2018

No comments:

FEJN SEJRIN?

1. L-eventi li ħakmuna mis-7 ta’ Ottubru 2023 sal-lum ma jridux iħalluna. Jum wara jum, is-sitwazzjoni tidher li iktar qed tikkumplika...