5.5.18

GUDJA – TISWIJIET FIT-TOROQ.






5353. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4838, jista’ l-Ministru jgħid liema toroq ġew imsewwija jew irranġati b’xi mod tul din is-sena u s-sena li għaddiet mill-Kunsill Lokali tal-Gudja?



18/04/2018



  ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Gudja li sar xogħol ta’ manutenzjoni fuq ħdax–il triq ġewwa l-Gudja. Qed nanetti l-lista tat-toroq li saru.



Lista ta’ fejn sar xogħol ta’ manutenzjoni fuq toroq ġewwa l-Gudja:
1. Triq Filippu Castagna
2. Triq Joseph Pace
3. Triq Sta Katarina
4. Triq id-Dejqa
5. Triq Victor Pasmore
6. Triq iż-Żebbuġa
7. Triq Bir Miftuħ
8. Vjal it-Torri
9. Service road Dawret il-Gudja
10. Dawret il-Gudja
11. Triq Birżebbuġa (il-parti tan-non urban)
12. Mili ta’ toqob f’diversi toroq wara li jsir s-servizz mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma



Seduta  106

30/04/2018

No comments:

FEJN SEJRIN?

1. L-eventi li ħakmuna mis-7 ta’ Ottubru 2023 sal-lum ma jridux iħalluna. Jum wara jum, is-sitwazzjoni tidher li iktar qed tikkumplika...