17.11.23

AWTORITÀ TAD-DJAR - TWAĦĦIL TA’ LIFTS F’APPARTAMENTI F’RAĦAL ĠDID, ĦAL TARXIEN, SANTA LUĊIJA, IL-GUDJA U L-FGURA

12934. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11300 dwar l-istallazzjoni ta’ lifts fi blokok ta’ akkomodazzjoni soċjali, jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża biex ġew installati l-lifts indikati fl-istess tweġiba? Jista’ jgħid ukoll fejn għad hemm bżonn li jiġu installati lifts oħra?

 

31/10/2023

 

ONOR. RODERICK GALDES:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-investiment fuq il-lifts installati skont it-tweġiba għall- mistoqsija parlamentari 11300 kienet ta’ €649,530.53c. Bħala applikazzjonijiet pendenti għall-installar ta’ lifts fl-istess lokalitajiet imsemmija hemm 2 fil-Gudja, 2 f’Raħal Ġdid, 3 f’Santa Lucija u 1 f’Ħal Tarxien.

 

Seduta  172

15/11/2023

No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...