12.1.17

SEA MALTA – ĦLAS LILL-EX-IMPJEGATI





 
29412. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Finanzi: B’referenza għall-ex-ħaddiema tas-Sea Malta u l-mistoqsija parlamentari 28626, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra liema rata ta’ imgħax ġiet użata għall-pagament fuq is-somma li ġiet imħallsa u jista’ jinforma jekk kienx hemm passi ulterjuri dwar dawk il-ħaddiema li ma kenux parti mill-proċeduri?

30/12/2016

  ONOR. EDWARD SCICLUNA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rata ta’ imgħax li ġiet użata għall-pagament fuq is-somma li ġiet imħallsa kienet dik ta’ 1% f’interessi li ji¿diedu mal-kapital, għal 10 snin.

Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, nissuġġerixxi li l-Onor. Interpellant jitlob dan it-tagħrif minn għand il-Ministru konċernat.

Seduta  467
10/01/2017

No comments:

FEJN SEJRIN?

1. L-eventi li ħakmuna mis-7 ta’ Ottubru 2023 sal-lum ma jridux iħalluna. Jum wara jum, is-sitwazzjoni tidher li iktar qed tikkumplika...