19.1.17

SAN ĠILJAN - GĦASSA TAL-PULIZIJA - TISWIJIET



29480. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex previst li tul din is-sena, isiru tiswijiet fl-Għassa tal-Pulizija ta’ San Ġiljan? Jista’ jgħid jekk kemm-il darba hiex se tiġi rilokata għall-ispazju ikbar stante l-volum tax-xogħol?

06/01/2017

  ONOR. CARMELO ABELA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li f’dan l-istadju il-kwistjoni tal-Għassa ta’ San Ġiljan u ċjoè jekk għandhomx isiru tiswijiet jew jekk din tiġix rilokata, għadha kwistjoni li qed tiġi mistħarrġa u huwa prematur li wieħed jagħti xi dettalji jew konklużjonijiet fuq dan is-suġġett.

Seduta  471
18/01/2017

No comments:

ITTRI MID-DEŻERT

1. Mhux faċli tifhem dejjem l-għażliet ta’ bnedmin oħra. Trid ħafna ħin, speċjalment ma’ dawk li jagħmlu għażliet differenti. Tieqaf t...