12.1.17

COMMUNITY WORK SCHEME - ĦADDIEMA


 
29415. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’inhi l-pożizzjoni legali tal-ħaddiema li qegħdin ingaġġati fil-Community Work Scheme, u ċjoè jekk humiex impjegati legalment mal-Fondazzjoni direttament jew il-kumpanija li magħha jkunu dettaljati biex jaħdmu?

30/12/2016

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħaddiema huma kollha ingaġġati mal-Community Workers Scheme Enterprise Foundation.

Seduta  468
12/01/2017

No comments:

FEJN SEJRIN?

1. L-eventi li ħakmuna mis-7 ta’ Ottubru 2023 sal-lum ma jridux iħalluna. Jum wara jum, is-sitwazzjoni tidher li iktar qed tikkumplika...