26.1.17

WIED IL-GĦAJN – LIBRERIJA PUBBLIKA - XIRI U DONAZZJONI TA’ KOTBA






 
29492. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda u kemm ġew mogħtija b’donazzjoni lil-librerija pubblika ta’ Wied il-Għajn tul is-sena 2016? Jista’ jgħid kemm kotba ġew mislufa mill-istess librerija matul l-2016?

06/01/2017

  ONOR. EVARIST BARTOLO: Ninsab infurmat li għal-librerija pubblika ta’ Wied il-Għajn tul is-sena 2016 inxtraw 136 ktieb minn Libreriji Maltin filwaqt li 698 ktieb ingħataw b’donazzjoni. Infurmat ukoll li mill-istess librerija matul l-2016 ġew mislufa 21,499 ktieb.

Seduta  473
24/01/2017

No comments:

IX-XGĦAJRA – TRIQ ID-DAWRET IX-XATT - XOGĦLIJIET

16625. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid f’liem...