31.1.17

ĦAL TARXIEN – TRIQ SAN FRANĠISK – SKART MIXĦUT ILLEGALMENT


 
30176. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jara li l-iskart li ġie mixħut illegalment f’parti viċin Triq San Franġisk, Ħal Tarxien jitneħħa?

23/01/2017

  ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien li fit-triq indikata m’hemmx skart mixħut. L-unika skart mixħut qiegħed f’sit privat li l-Kunsill ma jistax jidħol inaddaf. Intant il-Kunsill Lokali qiegħed f’komunikazzjoni ma’ Transport Malta peress li tħalla xi skart relatat max-xogħlijiet li saru riċentament f’din it-triq.

Seduta  475
30/01/2017

No comments:

FEJN SEJRIN?

1. L-eventi li ħakmuna mis-7 ta’ Ottubru 2023 sal-lum ma jridux iħalluna. Jum wara jum, is-sitwazzjoni tidher li iktar qed tikkumplika...