18.1.17

IMPJEGATI TA' SESS FEMMINIL - PART-TIME



29472. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni ta’ sess femminili reġistrati li qed jaħdmu part-time sal-aħħar tas-sena li għaddiet u jista’ jindika kemm minnhom kellhom impjieg part-time bħala wieħed prinċipali ? Jista’ jindika wkoll kemm minnhom għandhom impjieg part-time ma’ wieħed full-time? 

06/01/2017

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninsab infurmat li skont l-informazzjoni li għandha l-Jobsplus, fl-aħħar ta’ Ġunju 2016,  in-numru ta' nisa li kienu impjegati fuq bażi part-time kien ta’ 28,968. Minn dawn kien hemm 21,041 mara li kellha impjieg part time bħala xogħol prinċipali u 7,927 li kellhom impjieg part time kif ukoll full time.  

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-aħħar ċifri ppubblikati huma ta` Ġunju 2016.

Seduta  470
17/01/2017

No comments:

FEJN SEJRIN?

1. L-eventi li ħakmuna mis-7 ta’ Ottubru 2023 sal-lum ma jridux iħalluna. Jum wara jum, is-sitwazzjoni tidher li iktar qed tikkumplika...