31.1.17

PERSUNI TA’ SESS FEMMINILI LI BDEW JAĦDMU





 
30183. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni ta’ sess femminili li bdew jaħdmu fis-sena 2016? Kemm minnhom kienu ġodda u kemm minnhom irritornaw lura għad-dinja tax-xogħol? Kemm ġew impjegati full-time u kemm minnhom part-time?

23/01/2017

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninsab infurmat li skont l-informazzjoni li għandha l-Jobsplus, in-numru ta’ nisa (persuna tingħadd darba biss) li bdew jaħdmu fis-sena 2016 kien ta’ 30,418. Minn dawn in-nisa kien hemm 8,467 li qatt ma ħadmu qabel, filwaqt li 6,757 irritornaw lura fid-dinja tax-xogħol (b’perjodu ta’ inattività tal-anqas ta’ sena).

It-tabella ta’ hawn taħt turi t-tip ta’ xogħol ta’ dawk  in-nisa li qatt ma  ħadmu u ta’ dawk li rritornaw lura fid-dinja tax-xogħol:

Nisa
Impjieg Full Time
Impjieg Part Time
Total
Nisa li qatt ma  ħadmu qabel
4,883
3,584
8,467
Nisa li rritornaw lura fid-dinja tax-xogħol
(b’perjodu ta’ inattività tal-anqas ta’ sena)
2,893
3,864
6,757

Seduta  476
31/01/2017

No comments:

FEJN SEJRIN?

1. L-eventi li ħakmuna mis-7 ta’ Ottubru 2023 sal-lum ma jridux iħalluna. Jum wara jum, is-sitwazzjoni tidher li iktar qed tikkumplika...