19.1.17

ARBITRAĠĠI REĠISTRATI



29479. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati arbitraġġi tul is-sena 2016 u jista’ jindika n-natura tagħhom? Jista’ jindika kemm ġew deċiżi u kemm ġew irtirati arbitraġġi kif ukoll kemm għadhom pendenti?

06/01/2017

  ONOR. OWEN BONNICI:  Matul is-sena 2016, 348 każ ġew ippreżentati fic-Centru dwar l-Arbitraġġ ta' Malta, li minnhom 306 kienu arbitraġġi mandatorji, 38 kienu arbitraġġi volontarji u 4 kienu arbitraġġi internazzjonali.

In oltre, minn dawn it-348 każ li ġew ippreżentati fl-2016 - 18 gew deċiżi, 57 ġew irtirati u 273 għadhom pendenti.



Irrid ngħid li kemm ilu jopera ċ-ĊCentru minn Marzu tas-sena 2000 ġew ippreżentati fiċ-Ċentru 4,956 każ sal-aħħar ta' Diċembru 2016, li minnhom 3,193 ġew deċiżi, 909 ġew irtirati u 854 għadhom pendenti.

Seduta  471
18/01/2017

No comments:

IX-XGĦAJRA – TRIQ ID-DAWRET IX-XATT - XOGĦLIJIET

16625. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid f’liem...