19.1.17

QRATI MALTIN U GĦAWDXIN – ITTRI UFFIĊJALI EŻEKUTTIVA FUQ KAMBJALI



29477. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ittra uffiċjali eżekuttiva fuq kambjali ġiet ippreżentata s-sena li għaddiet fil-Qrati Maltin u Għawdxin?

06/01/2017

  ONOR. OWEN BONNICI:  Matul is-sena 2016 in-numru ta’ ittri uffiċjali eżekuttivi fuq kambjali li ġew ippreżentati fil-Qorti ta’ Malta  kien kif muri hawn taħt:

Qorti
Ammont ta’ Ittri Uffiċjali eżekutivi fuq Kambjarli
Prim’ Awla tal-Qorti Ċivili
9
Qorti tal-Maġistrati (Malta)
64

Matul is-sena 2016 in-numru ta’ ittri uffiċjali eżekuttivi fuq kambjali li ġew ippreżentati fil-Qorti ta’ Għawdex  kien kif muri hawn taħt:
Qorti
Ammont ta’ Ittri Uffiċjali eżekuttivi fuq Kambjarli
Prim’ Awla tal-Qorti Ċivili
2

Seduta  471
18/01/2017


No comments:

IX-XGĦAJRA – TRIQ ID-DAWRET IX-XATT - XOGĦLIJIET

16625. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid f’liem...