23.11.16

SEA MALTA – ĦLAS LILL-EX-IMPJEGATI




28626. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Finanzi: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’tħallsu komplessivament parti mill-ex-impjegati tas-Sea Malta u jista’ jinforma jekk kemm-il darba l-ħaddiema l-oħra li ma kenux parti mill-proċeduri legali fir-rikors li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament humiex ser jitħallsu huma wkoll?

11/11/2016

  ONOR. EDWARD SCICLUNA:  Ninsab infurmat li l-ex-impjegati tas-Sea Malta tħallsu komplessivament €2,685,742.14
Dan kien ftehim ta surroga ta drittijiet litiġjuzi mal-ħaddiema li skont is-sentenza tal-Prim Awla tal-Qorti Ċivili ggradwaw minn ta quddiem u qabel ċerti krediti tal-Gvern.
Min ma pparteċipax fil-proċeduri ma kellux drittijiet bħal dawn li fihom il-Gvern seta jiġi surrogat.
Madankollu, qiegħed jingħad mingħajr preġudizju illi s-sitwazzjoni ta min ma pparteċipax fil-proċeduri tal-konkors qiegħda wkoll tiġi kkunsidrata.

Seduta  453
22/11/2016


No comments:

FEJN SEJRIN?

1. L-eventi li ħakmuna mis-7 ta’ Ottubru 2023 sal-lum ma jridux iħalluna. Jum wara jum, is-sitwazzjoni tidher li iktar qed tikkumplika...