21.11.16

ĦAL TARXIEN – TRIQ PALMA - XOGĦLIJIET




28620. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’xogħlijiet saru tul din is-sena ġewwa Triq Palma, Ħal Tarxien u kemm ġew jiswew? Jirriżultax illi tali roundabout illi saret fil-bidu ta’ din inbnietx b’mod sproporzjonat u li l-kostruzzjoni tagħha qed effettivament jikkontribwixxi sabiex jiżdied l-ammont ta’ traffiku konsiderevolment? Jekk jikkonferma dan, Transport Malta għandha xi pjanijiet sabiex tirremedja għal din is-sitwazzjoni?

11/11/2016

  ONOR. JOE MIZZI:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet imsemmija kienu jikkonsistu f’upgrade tal-junction inkluż it-toroq tal-madwar. Minħabba li għadu għaddej xi xogħol, ma tistax tingħata informazzjoni dwar kemm swew ix-xogħlijiet f’dan l-istadju.  Rigward ir-roundabout il-ġdida, din fil-fatt ġiet iddisinjata abbażi tas-sit u l-perimetri tas-sit in kwistjoni.  Huwa fatt ippruvat li l-qies ta’ roundabout jaffettwa l-fluss tat-traffiku, kif ukoll li iżjed ma tkun kbira r-roundabout, iżjed tgħin għall-fluss aħjar tat-traffiku.  Mis-surveys li għamlet Transport Malta jirriżulta li r-roundabout qiegħda taħdem kifsuppost, li l-konġestjoni naqset u l-fluss tat-traffiku huwa aħjar u iżjed sikur.   

Seduta  452
21/11/2016

No comments:

ITTRI MID-DEŻERT

1. Mhux faċli tifhem dejjem l-għażliet ta’ bnedmin oħra. Trid ħafna ħin, speċjalment ma’ dawk li jagħmlu għażliet differenti. Tieqaf t...