23.11.16

PERSUNI LI HUMA IMPJEGATI FUQ BAŻI PART-TIME



28630. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 27167, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm mill-ħaddiema Maltin u Għawdxin li qed jaħdmu fuq bażi part-time hemm minnhom li huma reġistrati li għandhom żewġ impjiegi part-time? 

11/11/2016

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninsab infurmat li skont l-informazzjoni li għandha l-Jobsplus, fl-aħħar ta’ April 2016, in-numru ta` ħaddiema Maltin u Għawdxin f’impjieg part-time  bħala xogħol ewlieni  u għandhom żewġ impjiegi part-time kien ta’ 3,410 persuni. Filwaqt li n-numru ta’ ħaddiema Maltin u  Għawdxin f’impjieg part-time kif ukoll full timeli għandhom żewġ impjiegi part-time kien ta’ 2,898.

Seduta  454
23/11/2016


No comments:

KUNSILL LOKALI RAĦAL ĠDID - ILMENTI U SUĠĠERIMENTI

18033. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm i...