2.11.16

“The Way Ahead”




1.     Kull min kien President tal-Istati Uniti tal-Amerika, b’mod partikolari tul dawn l-aħħar snin, influwenza l-ħajjiet ta’ diversi fid-dinja u ħalla warajh wirt differenti.  F’dawn l-aħħar xhur tal-amministrazzjoni mmexxija minn Barack Obama, meta kif jiġri, l-attenzjoni tgħaddi iktar fuq min ser ikun il-President li jmiss, hija ħaġa tajba li wieħed iħares lura.  Eżerċizzju li nistgħu nagħmlu fi presidenza li biddlet ħafna.  Nistgħu nwettquh dan aħjar għax nhar is-Sibt, 8 ta’ Ottubru f’The Economist deher artikolu tiegħu stess bit-titolu “The Way Ahead”.



2.     Mhux soltu, verament, li President jikkontribwixxi b’dan il-mod.  Ħafna drabi, min ikun ser itemm il-kariga jkun qiegħed jagħlaq dak li l-ħin jippermettilu.  Biss Obama naħseb li huwa ġustament ħass li ma għandux joqgħod lura, imma anzi għandu, wara tmien snin ta’ esperjenza, jagħti lura lil min għad irid jiġi magħżul.  Huwa f’dan mument uniku u li għandu jingħata attenzjoni: l-ewwel għall-kontenut tiegħu, u t-tieni għall-fatt fih innifsu.



3.     Barack Obama jikkonfronta direttament il-problemi li dak il-pajjiż kbir u influwenti għandu quddiemu llum.  Jitkellem fuq l-iżbalji tal-populiżmu, però jħares ‘il quddiem lejn dak li hemm bżonn li jsir biex jibqa’ jsir progress, b’mod speċjali kif wieħed jista’ jegħleb l-inugwaljanzi li hemm f’dik is-soċjetà.  F’dan imiss, interessantement, mal-politika ekonomika tal-pajjiż li ilu dominat minn dik kapitalista.  Għax filwaqt li jirrikonoxxi li din is-sistema għandha l-vantaġġi tagħha, fuq l-oħra jgħid li hemm bżonn l-intervent tal-Istat għax ma tistax titħalla f’idejn is-suq biex tiġi stabbilita l-ġustizzja u l-ugwaljanza.



4.     Kliemu f’dan huma ċari: “The profit motive can be a powerful force for common good, driving businesses to create products that the consumers rave about or motivating banks to lend to growing businesses.  But, by itself, this will not lead to broadly shared prosperity and growth.  Economists have long recognised that markets, left to their own devices can fail”.  Dan huwa kliem li juru dejjem iktar li min jidħol fil-poter u jaħdem, kif ipprova dan il-President favur il-poplu u mhux għal parti biss, iħares lejn dak li huwa verament ta’ ġid u soluzzjoni għal iktar ġustizzja soċjali.



5.     Huwa jkompli f’dan billi jiddikjara iktar direttament: “More fundamentally, a capitalism shaped by the few and unaccountable to the many is a threat to all.  Economies are more successful when we close the gap between the rich and the poor and growth is broadly based.  A world in which 1% of humanity controls as much wealth as the other 99% will never be stable”.  Dawn il-ħsibijiet jeħduna lura: l-ewwel għal dak li l-Papa Pawlu VI li proprju ħamsin sena ilu, fil-Ġnus Magħquda kien qal: “We would also like to set an example ourselves, even if the smallness of our means might prevent anyone from appreciating the practical and quantitative significance of it.  We want to see our own charitable institutions undergo a new development in the struggle against hunger and toward meeting the main needs of the world.  This is the way and the only way to build peace”.



6.     It-tieni, għax juru li jingħad x’jingħad, is-soluzzjoni ta’ diversi problemi fis-soċjetà u fid-dinja huma marbuta ma’ tqassim iktar ġust tal-ġid u b’miżuri ekonomiċi li jippermettu paga u kundizzjonijiet aqwa għall-ħaddiem.  Proprju għalhekk li fuq dan huwa jagħlaq aħjar: “Economies are more successful when we close the gap between rich and poor and growth is broadly based.  This is not just a moral argument.  Research shows that growth is more fragile and recessions more frequent in countries with greater inequality.  Concentrated welath at the top means less of the broad-based consumer spending that drives market economies”.



7.     Dan huwa artikolu li jimmerita attenzjoni partikolari.  Wieħed li ġej minn persuna li ħadem sabiex iġib iktar riforma u ġustizzja soċjali.  Kliemu huma messaġġ ċar lejn kull min qiegħed imexxi soċjetà, kull min għandu l-poter f’idejh.  Min irid jaħdem favur il-poplu, favur is-sewwa, irid jibni politika ekonomika li biha mhux il-ftit ikomplu jikbru, imma li jkun hemm tqassim aqwa u iktar ġust tal-ġid nazzjonali.




No comments:

KUNSILL LOKALI RAĦAL ĠDID - ILMENTI U SUĠĠERIMENTI

18033. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm i...