1.11.16

PENSJONANTI LI KELLHOM DĦUL INQAS MINN €500 FIX-XAHAR





27398. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ pensjonanti li d-dħul tagħhom kien ta’ inqas minn €500 fix-xahar, sal-aħħar ta’ Ġunju 2016?

18/08/2016

  ONOR. MICHAEL FARRUGIA:  Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, b’żieda ma’ dak li tajt bħala risposta għal tweġiba parlamentari numru 27391, in-numru ta’ pensjonanti li d-dħul tagħhom mill-pensjoni jew pensjonijiet imma eskluż kull dħul ieħor, kien ta’ inqas minn €500, din id-darba iżda inkluż ukoll il-pensjoni mhux kontributorja u pensjoni mhux kontributorja (Pensjoni tas-Servizz), huwa kif ġej:

Tip ta' Pensjoni
Numru ta' Pensjonanti
Pensjoni Kontributorja
9,162
Pensjoni Kontributorja (Pensjoni tas-Servizz)
7,194*
Pensjoni Mhux Kontributorja
7,354
Pensjoni Mhux Kontributorja (Pensjoni tas-Servizz)
30*
Total
23,740
* Ibbażat fuq il-Pensjoni tas-Sigurta’ Soċjali biss

Huwa importanti li tali statistika ma tiġix interpretata strettament f’termini taċ-ċifri mogħtija.

Il-persuni msemmija fuq jista’ jkun li għandhom benefiċċji oħra bħall-Ghajnuna Supplimentari,  Benefiċċju tal-Enerġija, Għajnuna Medika u l-Karta r-Roża li mhux ikkalkulati fid-dħul għall-fini tal-istatistika mitluba.

Fil-każ tas-7,194 persuna kkwotati fuq, li għandhom pensjoni tas-servizz, aktarx li dawn, meta tgħodd iż-żewġ pensjonijiet tagħhom, jaqbżu sew il­-€500 fix-xahar.

L-istatistika pprovduta tinkludi ukoll każijiet fejn koppja miżżewġa, bejniethom ikollhom aktar minn €500 fix-xahar, iżda statistikament ikunu qegħdin jidhru bħala żewġ persuni individwali b’pensjoni ta’ anqas minn €500 fix-xahar. 

Iċ-ċifri mogħtija jinkludu wkoll nisa (jew ukoll irġiel f’xi każi) fejn żwieġhom (jew marthom) għandhom pensjoni li hi ogħla minn €500 fix-xahar u allura anke f’dawn il-każijiet, bejniethom ikollhom ħafna aktar minn €500 fix-xahar, iżda statistikament wieħed jew waħda mill-koppja ikunu qed jidhru bħala persuna individwali b’pensjoni ta’ anqas minn €500 fix-xahar.

Seduta  437
27/10/2016

No comments:

FEJN SEJRIN?

1. L-eventi li ħakmuna mis-7 ta’ Ottubru 2023 sal-lum ma jridux iħalluna. Jum wara jum, is-sitwazzjoni tidher li iktar qed tikkumplika...