29.11.16

UFFIĊĊJU TAL-ARBITRU – APPELLI PENDENTI TAĦT L-ATT DWAR IS-SIGURTÀ SOĊJALI


 
28791. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm appelli pendenti quddiem l-Uffiċċju tal-Arbitru taħt l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali preżentement u jista’ jinforma kemm hemm minnhom appuntati u kemm le?

18/11/2016






  ONOR. MICHAEL FARRUGIA:  Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-informazzjoni mitluba minnu tinsab fit-tabella t’hawn taħt :

Appelli
Jannar – 28 Novembru 2016


Appelli pendenti sa Settembru 2016
1447 
Appelli li daħlu minn Jannar sa Settembru 2016
825
Numru ta’ Appelli deċiżi
314
Numru ta’ Appelli
Ċeduti/Revokati/Kanċellati/Deżerti /sine die
443
Numru ta’ Appelli differiti
190


Numru ta’ appelli appuntati mit-28 ta’ Novembru sa Dicembru 2016
174


Numru ta’ appelli mhux appuntati
1273

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi, l-Uffiċċju tal-Arbitru qed jagħmel minn kollox sabiex jappunta l-appelli fl-iqsar zmien possibbli. Bosta mid-drabi id-dewmien fl-appuntamenti ta’ kazijiet huwa rizultat ta’ appelli li jiġu diferiti għal raġunijiet varji bħal meta appell jiġi differit għal aktar minn darba fuq talba tal-avukat difensur tal-appellant jew anke peress li jkun ghad jonqos xi dokumenti minn naħa tal-appellant.

Seduta  455
28/11/2016

No comments: