23.11.16

PERSUNI LI JGĦIXU GĦAWDEX U LI HUMA IMPJEGATI FUQ BAŻI PART-TIME



28628. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: B’referenza għar-risposta għad-domanda parlamentari 27176, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm mill-ħaddiema Għawdxin ilhom jaħdmu part-time ‘l fuq minn ħames snin u jista’ jindika kemm minnhom għandhom ukoll impjieg full time u kemm hemm min għandu żewġ impjiegi part-time?

11/11/2016

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninsab infurmat li skont l-informazzjoni li għandha l-Jobsplus, fl-aħħar ta’ April 2016, in-numru ta` ħaddiema Għawdxin  li ilhom jaħdmu ħames snin u aktar  f’impjieg part-time  bħala xogħol ewlieni kien ta’ 839 persuna. Minn dawn kien hemm 48 persuna  li għandhom żewġ  impjiegi part-time.  Filwaqt li n-numru ta’ ħaddiema Għawdxin li ilhom jaħdmu ħames snin u aktar f’impjieg part-time kif ukoll full time kien ta’ 1,011-il persuna.  Minn dawn kien hemm 81 persuna li għandhom żewġ impjiegi part-time.

Seduta  453
22/11/2016

No comments:

FEJN SEJRIN?

1. L-eventi li ħakmuna mis-7 ta’ Ottubru 2023 sal-lum ma jridux iħalluna. Jum wara jum, is-sitwazzjoni tidher li iktar qed tikkumplika...